Permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom, il-paġna Anzjanità Attiva riċentament ħabbru li Ms Lisa Cassar Shaw inħatret bħala “CEO għall-SCSA, l-awtorità li fost l-oħrajn, tirregola l-istandards fi djar u faċilitajiet ta’ kura għall-anzjani.” Dan hekk kif hi se tkun qed tieħu post Dr Angele Ellul Fenech.

Apparti li kienet tgħallem fl-Universita ta’ Malta, Lisa Cassar Shaw hija wkoll gradwata fil-manegement, fit-turiżmu, fl-innovazzjoni u l-intrappriża u bħalissa hi qiegħda wkoll tagħmel Dottorat fix-xjenza soċjali jiġifieri persważ li tista’ toffri ħafna għall-kariga li hi ġiet mgħotiha.

Il-Ministru għall-Anzjanità Jo Etienne Abela awgura lil Cassar Shaw għall-kariga l-ġdida tagħha kif ukoll irringrazzja lil Dr Angele Ellul Fenech tal-ħidma li hi wetwet!

Awguri!


Charlton Cefai