Dalgħodu fuq VIBE FM, Martina qasmet storja verament ta' qism il-qalb, iżda minnha nistgħu nitgħallmu ħafna wkoll. F'aċċident li ġara numru ta' snin ilu, Martina kienet qatlet il-qattusa tagħha meta din spiċċat sabet kenn fil-karozza tagħha. 

Ritratt: Facebook / Tina Zee

Milli jidher il-qattusa, kif indunat li l-karozza nxtelgħet marret biex toħroġ bil-konsegwenza li din spiċċat taħt waħda mir-roti. Martina qalet li kien xokk kbir għaliha u damet ma qasmet din l-istorja għax mhi aħbar sabiħa xejn. Iżda wieħed mill-preżentaturi l-oħra, qal kif wieħed għandu jieħu tagħlima minn din l-istorja.

Meta wieħed jirkeb fil-karozza u lest biex jitlaq, ma jagħmilx ħażin billi jpaqpaq waħda. Dan sabiex jekk jinserta li xi qattusa daħlet tistkenn fil-karozza, din tinħasad u toħroġ minn ġol-karozza. L-istorja kollha bdiet wara li l-preżentatriċi Mya, li tiġi l-partner ta' Jonathan Abel ċemplitlu biex tgħidlu li qed tisma' ħoss ta' qattusa.

Ritratt: Facebook / Mya

Hu malajr ħaseb li l-ħoss ġej mill-mobile tagħha jew inkella minn x'imkien viċin imma dan il-ħoss baqgħet tisimgħu miż-Żurrieq sal-Kappara. Insomma... biex ma ntawlux Mya kellha qattusa żgħira fuq quddiem tal-karozza, maqbuda hemm ġew. 

Fortunatament il-qattus ma ġralha xejn u waslet qawwija u sħiħa. Tajjeb li s-sewwieqa jieħdu spunt minn dawn iż-żewġ stejjer biex joqogħdu attenti speċjalment issa bdiet tonqos ftit is-sħana, il-qtates jiġġennu għal ftit sħana u jsibu l-irdoss fil-magni tal-karozzi.

Facebook / Tina Zee


Emil Calleja Bayliss