Il-kantawtriċi, Alexandra Alden fuq Instagram għamlet suġġeriment li jista’ jwassal sabiex jgħin l-ambjent. Kieku kulħadd f’pajjiżna jkun veġiterjan għall-ġurnata waħda biss fil-ġimgħa, flimkien inkunu nistgħu innaqsu l-gassijiet tossiċi b’aktar minn 53,000 tunellata fis-sena. L-istampa ssaqsi għaliex ma tippruvax tagħmel dan? Prova kun veġitarjan għal ġurnata waħda biss.

Veggie

Naħseb bidla żgħira għal ħafna minnha li tista’ twassal għar-riżultati ħafna akbar. Flimkien nistgħu nagħmlu differenza, ma jimpurtax li l-isforz mhux xi wieħed kbir. Lest li tagħmel din il-bidla u tisma’ mis-suġġeriment li qed taqsam magħna Alexandra Alden? Il-kantawtriċi kemm-il darba tuża l-mezzi soċjali tagħha sabiex tgħaddi messaġġ jew ieħor dwar l-ambjent!

Instagram / thevegansclubbowls


Emil Calleja Bayliss