Maż-żmien il-bnedmin jixjieħ, iżda jidher li dan il-fatt bijoloġikament ittieħed lura permezz ta' terapija iperbarika bl-ossiġnu, dan dejjem skont riċerka ġdida li ġiet ippubblikata fil-ġurnal Aging.

Ix-xjentisti, immexxija minn Yafit Hachmo, mill-Unità tar-Riċerka u l-Iżvilupp, iċ-Ċentru Mediku Shamir, Tzrifin, l-Iżrael, irnexxielhom idawru lura l-arloġġ tal-bniedem. Bi prova fuq 35 adult ta’ aktar minn 64 sena huma għamlu dan aktar billi ħadmu fuq żewġ oqsma ewlenin tal-ġisem maħsubin li huma responsabbli għall-fraġilità u l-mard ta' meta wieħed jixjiħ.

Jidher li tappijiet protettivi fit-truf tal-kromożomi, magħrufa bħala telomeri, jitqassru, u jikkawżaw ħsara fid-DNA fejn iċ-ċelloli jieqfu jirreplikaw hekk kif in-nies jixjieħu. Fl-istess ħin, iċ-ċelloli senixxenti jinbnew fil-ġisem u jipprevjenu r-riġenerazzjoni.

Il-35 pazjent li ngħataw dan it-trattament jidher li żiedu dawn it-telemeri b'20% u x-xjentisti qalu li t-tkabbir jista' jfisser li t-telomeri tal-parteċipanti fil-prova issa kienu twal daqs 25 sena qabel. It-terapija naqqset ukoll iċ-ċelloli senixxenti sa 37%, u ppermettiet li ċ-ċelloli ġodda b'saħħithom jerġgħu jikbru.


Emil Calleja Bayliss