Is-serje popolari Money Heist hija waħda mill-aktar serje segwita fuq Netflix mill-Maltin u anke mill-ħafna segwaċi ta’ Netflix madwar id-dinja.

Il-Professor, karattru li huma interpretat minn Alvaro Morte, f’dan is-serje jagħżel diversi nies għal serqa u jagħtihom isem ta’ postijiet minn pajjiżi differenti. Jamie Cardona ħadem żewġ filmati fejn ta ħjiel lis-segwaċi ta’ Bay dwar kif ikun Money Heist kieku nħadem f’Malta.

Hawn nistgħu naraw taħwida minħabba l-ismijiet, peress li ħafna postijiet f’Malta jibdew b’ ‘Marsa’,  fosthom Marsalforn u l-Marsa stess. L-istess jista’ jingħad għar-Rabat, għaliex kemm f’Malta, kif ukoll f’Għawdex għandna postijiet b’dan l-istess isem.

Taħsbu li Jamie ħadimha tajjeb il-parti tal-Professor u tal-ħallelin?


Henzley  Bezzina