Ġewwa l-Ġermanja l-kandidat Laschet spiċċa kixef il-vot wara li twieh ħażin! Hu spiċċa kixef il-preferenzi tiegħu tal-elezzjoni elettorali mingħajr ma jaf, u b'dan l-iżball spiċċa jdur fuq il-midja soċjali. Dan kollu nkixef f'ritratt li ħadulu hu u jitfa' l-vot fl-urna!

Il-mistoqsija fuq fomm ħafna nies kienet jekk il-vot ta’ Laschet hux ħa jitqies bħala wieħed invalidu peress li bħal ħafna pajjiżi oħrajn il-vot għandu jibqa’ sigriet. Fuq Twitter, il-kummissjoni inkarigata u responsabbli tal-elezzjonijiet fil-Ġermanja, il-Bundeswahlleiter, ippubblikat stqarrija li l-vot tal-kandidat Ġermaniż huwa validu xorta waħda.

Ir-raġuni li taw kienet minħabba l-fatt li kien ivvota għall-partit tiegħu stess. Għaldaqstant il-vot tiegħu, li baqax sigriet u rawh tant nies, ma seta' influwenza lil ħadd.


Kyle Zarb