Il-Kantanta ta’ stil differenti minn dak li mdorrijin naraw u li tant qed tinżel tajjeb mal-pubbliku, The Clintess qed taħseb sew għall-Milied.

Dan hekk kif ilbieraħ libset libsa tlellex mhux ħażin lewn id-deheb li huwa xi ftit jew wisq assoċjat mal-Milied kif ukoll takkuna b’qishom ġwienaħ jew weraq ħelwin li xerqulha mhux ftit.

Id-Disinjatur tal-libsa huwa Malcolm Cremona li wkoll huwa isem rinomat fil-qasam tal-moda.

Il-Kummenti pożittivi li rċievet The Clintess daħlu bil-qabda. The Clintess tħobb ukoll tagħti wirjiet spettakolari għal għan ġust u karitattevoli.

The Clintess tkellmet magħna ta’ Gwida u qaltilna hekk:

“Il-fatt li qed ilibbsuni designers lokali issa nħossni onorata bħala Clintess. Jien dejjem kont ‘front line’ biex nissapportja dak li huwa lokali. Apparti minn hekk bħala ‘influencer’ ġdida rrid nippromovi stilisti ġodda li jixirqilhom kull tifħir.”

Dan il-Milied se jkun wieħed ikkulurit u vivaċi għall-kantanta.

Awguri The Clintess u ibqa’ kun int! Nammirawk!

Ritratti: The Clintess/ Facebook


Clifford Galea