TikToker Amerikan miet wara li tfixkel minn fuq irdum kostali ta’ 70 pied f’Puerto Rico waqt li kien qed jiġbed filmati biex itellagħhom fil-profil tiegħu.

Il-katavru tar-raġel ta’ Indiana Edgar Garay instab nhar it-Tnejn mill-bugħaddasa tal-Bureau ta’ Emerġenza ta’ Puerto Rico wara li l-ġurnata ta’ qabel waqa’ minn fuq l-irdum tal-kosta f’Cabo Rojo.

Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena kien fuq vjaġġ ta’ ġurnata lejn il-kosta tal-Lbiċ u l-aħħar li deher ħaj kien għall-ħabta tal-17:37 ħdejn it-tarf tal-irdum, qalet il-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti.

Ħu t-TikToker Carlos Garay qal lil WTHR li kien fuq l-irdum ma’ kuġinuh li ripetutament qallu biex ma jersaqx wisq lejn ix-xifer waqt l-iffilmjar.

"Ħija għandu kont TikTok li kien iħobb itella' l-filmati fih," qal Carlos. Carlos qal lill-istazzjon tal-aħbarijiet li Edgar instab f’għar taħt l-ilma bi ġrieħi kbar f’rasu mill-inċident.

@redshadowpr Fortaleza para sus familiares 😭😭 (Caption and video by Nuria Sebasco) “Este es Edgar Garay, el joven cuyo cuerpo fue rescatado x las autoridades sin vida, luego de caer x acantilado de 150 pies de altura en el faro de Cabo Rojo. Familiares me piden que lo publique para q vean su personalidad. El video fue grabado 1/2 hora antes del fatídico suceso” 😭😭😭 #redshadow #redshadowpr ♬ original sound - Red Shadow

Kyle Zarb