Simili għas-sitwazzjoni f’Malta, fil-Korea t’Isfel qabel ma tkun tista’ tagħmel it-test prattiku tas-sewqan, trid tgħaddi mit-test tat-teorija bil-kitba.   

Mhux l-ewwel darba li ssib min jaqta’ qalbu jekk ma jgħaddix minn xi wieħed minn dawn it-testijiet mill-ewwel għax, ngħiduha kif inhi, jitfgħu fuqna lkoll pressjoni kbira. 

Iżda Cha Sa-soon, mara mill-Korea t’Isfel mhijiex waħda minn dawk li jaqtgħu qalbhom... Anzi pjuttost bil-kontra!  Cha Sa-soon ippruvat għall-ewwel darba t-test bil-miktub lura f’April 2005 u wara li falliet għall-ewwel darba, kompliet tipprova t-test kuljum, ħamest ijiem fil-ġimgħa, għal tliet snin (jiġifieri 780 darba). 

Wara 950 darba rnexxielha tgħaddi mit-test bil-miktub, imma mbagħad kellha titla’ għat-test prattiku 10 darbiet sakemm finalment kisbet il-liċenzja tas-sewqan!  Cha Sa-soon kisbet rikonoxximent nazzjonali għall-perseveranza tagħha.

Dan hu eżempju veru ta’ persuna li ma taqtax qalbha!

Reddit


Marija Bellia