F’Marsaskala għadu lanqas beda jagħmel il-maltemp. Imma fir-ritratti li ġew mitfugħin fuq Facebook minn wieħed Konrad Bajada jidher li qisha ilha tagħmel xita xi ġimgħa sħiħa.

baħar
Ritratt: Facebook/Konrad Bajada

Apparentament, il-baħar f’Marsaskala għola bi 30ċm iżjed min-normal, tant li litteralment lanqas tidher id-differenza bejn il-baħar u t-triq. Jidhru qishom saru ħaġa waħda.

baħar
Ritratt: Facebook/Konrad Bajada

Aħseb u ara meta jibda l-maltemp…

Jekk hawn xi ħadd jixtieq jibagħtilna xi filmati jew ritratti ta’ x’qed jiġri fir-raħal tiegħu, tistgħu tibagħtulna fuq il-paġna ta’ Facebook, Gwida.mt.

Facebook/Konrad Bajada


Nicole Barbara