Ilbieraħ tard filgħaxija, numru ta' xandara u dawk fl-industrija tal-ispettaklu lokali bdew isellmu lil waħda minnhom. Tħabbret il-mewt tas-Sinjura Joyce Guillaumier fl-età ta' 75 sena.
Campus FM kienu minn tal-ewwel sabiex sellmu l-memorja ta' din il-preżentatriċi li "kienet għal snin twal tippreżenta l-programm kulturali Priżma kif ukoll produċiet diversi sensiliet mużikali..."
Campus FM sellem il-memorja tagħha u għaddha l-kondoljanzi lill-familja tagħha. Kienu diversi personalitajiet lokali li qasmu din l-aħbar ta' niket għat-telfa ta' Joyce, għax żgur li lbieraħ mietet persuna li dejjem ħabbet il-kultura lokali. p>
Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt insellmu l-memorja ta' waħda mill-ewwel xandara nisa ġewwa pajjiżna u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna l-familja tagħha!
Facebook / Joyce Guillaumier