Tul il-vjaġġ tal-grupp The Busker waqt il-Malta Eurovision 2023, kemm-il darba rajna lit-tfajliet tagħhom jgħixu dawn il-mumenti speċjali magħhom. Fil-fatt rajna kemm huma l-aqwa u l-akbar sostenituri tagħhom.

Ċertament li Paula Cauchi tant ferħet mal-grupp wara r-rebħa tagħhom ta' Frar li għadda, u llum kien imiss lill-mużiċist Sean li jiċċelebra s-suċċess tagħha. Fil-fatt Paula gradwat u xerrdet ritratt flimkien ma' Sean u l-familjari tagħha għall-okkażjoni.

Jidhru l-ġenituri tagħha, b'missierha ħadd ħlief Ġino Cauchi! Żgur li ħafna jafuh mill-programmi tiegħu. Kontu tafu li fil-fatt jiġi missier it-tfajla ta' Sean ta' The Busker?

Awguri mill-qalb Paula, Prosit!

Facebook/ Paula Cauchi


Gwida.mt