Illum Jolene tagħlaq 34 sena, lill-attriċi lokali niftakruha fis-sensiela Gizelle li kienet ixxandret numru ta' snin ilu iżda ħafna għadhom isemmugħa sal-ġurnata tal-lum. F'Gizelle, Jolene kienet tinterpreta l-parti ta' Pepprina, waħda mit-tnax-il tfajla fis-sensiela bl-isem ta' fjuri varji.
Ritratt: Facebook / Jolene Micallef
Dan l-aħħar lil Jolene rajnieha wkoll tieħu sehem fis-sensiela La Tħobbnix li kienet tidher fuq it-TVM. Jolene, illum il-ġurnata hija omm, tgħid lit-tifla tagħha Skye "hija l-pedament tiegħi". F'intervista li kienet għamlet madwar sentejn ilu, fuq il-programm popolari Sibtek l-attriċi stqarret li tibża' ħafna mill-għoli tant li anqas fuq banketta ma titla'. Hi qalet ukoll li għandha biża' li ma tarax lit-tifla tagħha tikber.
Kienet qalet li forsi dan il-fatt ħareġ minħabba li kienet tilfet il-missiera ta' età żgħira però temmen "li l-ħajja wisq qasira" u b'hekk importanti li tapprezza kull mument. Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Jolene l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali!
Facebook / Jolene Micallef