Propju bħal-lum tliet snin ħallietna l-aktar nanna popolari f'pajjiżna; Katrin ta' Simpatiċi. Katrin jew aħjar Mary Rose Bonello kienet saret in-nanna ta' kulħadd bis-sensiela popolari Simpatiċi.
Spiss kont tisma' neputijiet jgħajtu lin-nanniet tagħhom Katrin, tant kemm isimha kien qed fuq fomm kulħadd.
Mary Rose Bonello kellha karattru vivaċi u pożittiv immens tant li kienet tibdel kull sitwazzjoni negattiva għal waħda ta' ferħ. U dan konna narawh jiġri wkoll f'Simpatiċi fejn dlonk kienet taqbeż għal Jason, kienet x'kienet is-sitwazzjoni.
Iżda magħha wkoll f'dan l-istess xahar, jiġifieri 6 snin ilu kien ħalliena wkoll attur ieħor maħbub; Lino Grech li kien ġibed simpatija kbira fl-irwol tiegħu ta' Pinu l-pastizzar fid-dramm F'Baħar Wieħed.
Strieħu fis-sliem għeżież u grazzi ta' kemm ferraħtu nies!
Ritratti: Facebook