Leonard Falzon, ħafna nies jafuh bħala Ġanni, l-għarus ta' Karmelina fid-drama popolari F'Salib It-Toroq b'kitba ta' Frederick Zammit. Leonard ħa jkun il-mistieden ta' Alisa Pavia fuq il-programm X'Sar Minnhom?

Lil Leonard ilna ma naraw fuq it-televiżjoni, jistqarr fil-promozzjoni ta' dan il-programm is-saħħa li għandu t-televiżjoni. Infatti n-nies għadhom isibuh bħala Ġanni avolha d-drama popolari ilha wieqfa għal madwar tmien snin.

Fost l-oħrajn, Leonard jiżvela mumenti ħelwin u tad-daħk minn ħajtu waqt dan il-programm. Probabbli niskopru wkoll affarijiet li ma konniex nafu dwar Leonard, li għal ħafna jgħaddi kemm jgħaddi żmien jibqa' Ġianni, l-għarus ta' Karmelina!


Emil Calleja Bayliss