Min bħali kien imur skola lura fis-snin tmenin (qed nixjieħ!), żgur li jiftakar il-ktieb tar-Reliġjon Lejn il-Missier li kien jakkumpanjana mill-Year 1 sal-Year 6.

Min jaf kemm minnha konna mqarbin dak iż-żmien u ftit li xejn konna nagħtu kas il-kotba li kien ikollna!

Pero' fil-ktieb tal-Ewwel sena kien hemm tifel ċkejken jidħak li meta kiber kellu jsir wiċċ popolari fix-xena lokali.

lejn il-missier

Dan it-tifel illum sar kantant ta' grupp famuż lokali, direttur artistiku ta' wieħed mill-ikbar kunċerti f'pajjiżna kif ukoll dulċier u kok bravu ħafna.

Qed nirreferi għal ħadd ħlief:

pawlu

Facebook / Pawlu Borg Bonaci

Il-kantant tal-grupp famuż lokali Fakawi, Pawlu Borg Bonaci.

Pawlu, apparti milli hu kantant versatili ħafna, huwa wkoll dulċier u jmexxi l-kumpanija tal-familja tiegħu.

Huwa wkoll id-Direttur Artistiku tal-kunċert li se jsir għada f'Ta' Qali Rockestra.

pawlu 2

Facebook / Pawlu Borg Bonaci

Awguri għal għada Pawl! Min jaf kemm pinġejt fuq wiċċek meta kont żgħir!


Neville Refalo