Kulħadd jiftakar il-famuż filmat ta' Josephine Mallia, waqt it-telexiri meta bdiet tbigħ is-sunflower. Dakinhar hi kienet issuġġerit lit-telespettaturi biex jużawh għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi bħal ma hemm min ixejjer il-palm. 

Hi tgħid li s-sunflower sigur aktar mill-palm - mill-esperjenza! Fil-fatt dakinhar rrakkontat kif darba waħda meta kienet preżenti waqt festa bdew ixejru l-palm u għal ftit ma laqtuhiex f'għajnejha! Ara HAWN.

Ma issib l-ebda problema biex tbigħ xi ħaġa u nhar il-Ħadd li ġej se tkun qed tilgħab mat-tim tat-telexiri. Lagħbu wkoll mat-tim tat-telexiri Mario Morales, Rita Brincat (Conimex) u Karmenu. Max-xerrejja kien hemm Natalya Galdes, Wendy Aguis, Samuel u Chantelle.

Ħadd Għalik t'għada titilfuhx! Araw x'kellha xi tgħidilkom Josephine!


Kyle Zarb