Boram hija l-aktar YouTuber popolari fil-Korea t’Isfel. Xogħlha hu li taqsam l-opinjoni tagħha dwar ġugarelli, u minn dan, qed tagħmel miljuni kbar.

Issa l-ġenituri ta’ Boram, bil-flus li għamlet minn YouTube, xtraw propjeta’ li tiswa’ £6.5 miljun ekwivalenti għal €7.21 miljun. Tgħid kemm damet taħdem għalihom dawk il-flus kollha? Mhux wisq, għaliex huwa stmat li t-tifla tagħmel madwar €2.66 miljun fix-xahar bil-materjal li tipproduċi għal YouTube.

Boram għanda żewġ kanali fuq YouTube li flimkien għandom 30 miljun abbonat, u l-filmati tagħha ntwerew għal aktar minn 10 biljun darba!

YouTube / @Boram Tube ToysReview


Luke Borg