Jumejn ilu, fit-3 ta’ Awwissu, il-kumpanija I+A Limited żvelat struttura bl-isem “Ix-Xlukkajt” ta’ tifkira tal-għażiż Joseph Ellul li ħalliena f’Mejju li għadda f’inċident fl-inċineratur tal-WasteServ fil-Marsa.  

Fuq il-paġna tagħha, il-kumpanija kitbet illi Joseph “kien il-ġar tad-direttur tagħna, Francois, u wiċċ familjari fl-istudio tagħna... U għalhekk kien ta' unur għalina li ngħatajna ċ-ċans li nfasslu u nagħmlu tifkira f’ismu ġewwa l-ġnien f’Misraħ is-Sebgħa ta’ Ġunju 1919, Ħamrun.”

Din it-tifkira żgur li hija tassew apprezzata minn dawk kollha li kienu qrib ta’ Joseph.  Jistrieħ fis-sliem!


Marija Bellia