Tifel Ta’ 12-Il Sena Jagħti L-Kontribut Tiegħu Biex Jinħoloq Ġnien Pubbliku Ġdid Fis-Swieqi

Il-futur jibda mill-preżent u fis-Swieqi qed narawha b’għajnejna. Thomas Gatt, tifel ta’ 12-il sena, qed jagħmel differenza vera fil-komunità billi nieda inizjattiva għal ġnien pubbliku ġdid fil-qalba tal-lokalità.

Din l-inizjattiva, li għandha ssir realtà fil-jiem li ġejjin, mhux biss se toffri spazju aħdar għall-familji u r-residenti tas-Swieqi, iżda wkoll se tkun opportunità biex jinħoloq passatemp ġdid għal min jixtieq jidħol fid-dinja tal-pjanti.

Il-Viċi Sindku ta’ Swieqi Jordan Galea Pace faħħar lil Thomas għall-impenn tiegħu, u rringrazzja wkoll lil St Michael’s Foundation li ilhom isostnu t-tradizzjoni ta’ parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-komunità.

"Prosit, Thomas! Huwa ta' ispirazzjoni li naraw tfal u żgħażagħ li mhux qed jistennew il-futur, iżda diġà qed jagħmluh illum,” qal il-Viċi Sindku f’messaġġ pubbliku.

Il-ġnien il-ġdid se jkun miftuħ għall-pubbliku u jinkoraġġixxi aktar parteċipazzjoni komunitarja.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI