Wara li aktar kmieni tħabbru l-miżuri tal-ftuħ minn Lulju ta' affarijiet soċjali u kulturali, tqajmu diversi mistoqsijiet. Adrian Mizzi, li jorganizza l-Malta Fashion Week staqsa mistoqsija valida mmens. Hu staqsa, "Tieġ organizzat mill-kuġin 300 ruħ. Avveniment organizzat mingħand professjonisti 100 ruħ. Tafu x'qed tagħmlu?"

Nies li xogħlhom jorganizzaw l-avvenimenti, għandhom l-esperjenza ta' xi jrid isir u kif għandhom jimxu l-affarijiet filwaqt li persuna komuni li qed jorganizza tieġ, żgur li m'għandux l-istess għarfien ta' kif hemm bżonn li jsiru dawn l-affarijiet. Hija mistoqsija li diversi nies fis-settur kulturali qed isaqsi.

Mill-banda l-oħra, l-artista lokali Ira Losco qalet, "jidher li ħa ndumu aktar sabiex nitilgħu fuq palk." Fil-kummenti hi qalet, li b'udjenza ta' 100 persuna min ikun qed jorganizza l-avveniment anqas biss ikopri l-ispejjeż tas-sistema tas-sound. Dan trid tqis li jkun hemm diversi spejjeż involuti.

Tajjeb li nfakkru li l-massimu ta' 100 persuna jibda mill-5 ta' Lulju, jekk il-każijiet jibqgħu baxxi, fid-19 ta' Lulju n-numru jitla' għal 150 persuna filwaqt li fit-2 ta' Awwissu n-numru jitla' għall-mitejn persuna. Ħafna qed jistaqsu la l-vaċċin hu daqstant effettiv għaliex għandna dawn ir-restrizzjonijiet kollha?

Ħafna jinsabu urtati u ddispjaċuti li għal darb'oħra s-settur tal-arti mhux qed jingħata l-attenzjoni li jeħtieġ. Kien hemm min qal li qed jiġi stmat tat-tieni klassi meta wieħed ma jirrealizzax li madwar 15% ta' dawk li jaħdmu f'pajjiżna jiddependu mill-arti bħala s-sors ta' għajxien tagħhom.

Facebook / Adrian J Mizzi


Emil Calleja Bayliss