Illum tagħlaq sninha l-preżentatriċi u attriċi Romina Bonaci. Romina llum tagħlaq proprju 52 sena! Żewġha Karl, permezz tal-paġna ta' F Living ħalla messaġġ qasir biex jawgura lil martu f'dan il-jum speċjali.
Karl kiteb, "Awguri lill-għażiża marti. Inħobbok immens." Lil Karl u Romina, barra li llum il-ġurnata nafuhom fuq l-istazzjon F Living b'diversi programmi tagħhom, nafuhom ukoll fis-sensiela Ipokriti, fis-sensiela One Star Hotel u anke rajniehom fis-sensiela Becky.
Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nawguraw lil Romina l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha għal sena mill-isbaħ mimlija, hena, paċi u ferħ!
Awguri Romina!