Riċentament raġel bl-isem ta’ Sergio Borg ingħata multa ta’ €20,000 fuq moħqrija u negozju ta’ numru ta’ annimali. Lil dawn ma tahomx x’jieklu u jixorbu, ħallihom fil-ħmieġ, żammhom fi spazji żgħar wisq u rabathom bil-ktajjen.

Apparti minn dan, ir-raġel issa ġie pprojbit milli jkollu aktar klieb. L-attivista tal-annimali Moira Delia għamlet kumment dwar dan.

Hi kitbet: “Jekk tafu b'każijiet simili ta' dan, tibżawx tirrapurtaw u tistgħu tagħmlu dan billi tibgħatu email fuq rarmalta@gmail.com L-ebda isem ma jisemma, inwiegħdkom!”

X’taħseb dwar dan il-każ? Taqbel mal-fatt li r-raġel ġie pprojbit milli jkollu aktar klieb  biss minflok ġie pprojbit milli jkollu kwalunkwe annimal? Iktbilna fil-kummenti. 

Facebook/Moira Delia


Nicole Barbara