Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Ftit Minn Kollox qasmu mas-segwaċi tagħhom kitba bi ħsieb profond. Fil-ħajja, li wieħed biss jeżisti u mhux jgħix ifisser li jkun qed prattikament imut bil-mod, u dan kien is-suġġett li tkellmu fuqu llum.

Huma qalu, “Tibda tmut bil-mod: Jekk ma tivvjaġġax, jekk ma taqrax, jekk ma tismax il-ħsejjes tal-ħajja, jekk ma tapprezzax lilek innifsek. Tibda tmut bil-mod: meta toqtol l-istima tiegħek innifsek, meta ma tħallix lil ħaddieħor jgħinek. Tibda tmut bil-mod: jekk issir ilsir tad-drawwiet ħżiena tiegħek, jekk ma tbiddel xejn mir-rutina ta' kuljum, jekk ma tippruvax affarijiet ġodda, jekk ma titkellimx ma’ nies li ma tafx.”

Żiedu jgħidu, “Tibda tmut bil-mod: Jekk tevita persuni li jqanqluk minn ġewwa, jekk ma tagħmilx affarijiet li jimlewk b'passjoni, jekk qatt iżjed ma tidħak jew titbissem. Tibda tmut bil-mod: jekk tingħalaq fil-comfort zone tiegħek. Jekk ma tirriskjax u tieħu l-pass li jmiss. Jekk ma tiġrix wara ħolma. Jekk tħalli l-kliem ta' min jgħir għalik jaqtgħalek qalbek. Tħallix lilek innifsek tmut bil-mod! Aħdem kuljum biex tkun ferħan!”


Charlton Cefai