Il-kandidat għall-elezzjoni Clifford Zahra Fenech xtaq jappella lill-awtoritajiet biex jieħdu l-passi meħtieġa wara l-ksur tar-regoli tal-Covid-19 ta' lbieraħ. Semma l-fatt li minkejja twaqqfu t-tiġijiet, xorta waħda għad hemm il-periklu, u bosta koppji li ma setgħux jiżżewġu b'mod normali, sofrew għalxejn.

"Kellna koppji li - tilfu ħafna depożiti - kellhom jipposponu għal darba, darbtejn u forsi anki tlieta - iżżewġu u għamlu festin li mhux kif xtaqu - kellhom jiċċelebraw bogħod minn xi ħbieb u familjari - qatgħu qalbhom u pposponew indefinittivament"

Clifford jisħaq li jeħtieġ li bħala poplu wieħed "nibqgħu nobdu l-miżuri u li tassew nuru li  jimpurtana minn xulxin, 𝐦𝐡𝐮𝐱 𝐛𝐢𝐥-𝐤𝐥𝐢𝐞𝐦 𝐢𝐦𝐦𝐚 𝐛𝐢𝐥-𝐟𝐚𝐭𝐭𝐢!" 


Gwida.mt