Il-Belġju huwa l-ewwel pajjiż li ser ikun qed jintroduċi kwarantina ta’ tliet ġimgħat għal min ikun pożittiv għall-Monkeypox, jew kif qed insejħulha bil-Malti, il-ġidri tax-xadini.   

Dan wara li issa l-każijiet tal-virus jinsabu f’14-il pajjiż differenti u jidher li fir-Renju Unit l-ammont ta’ każijiet qed jiżdied b’mod sostanzjali. 

Wara li fil-Belġju ġew irrappurtati tliet każijiet, li kollha nstabu mill-istess avveniment, l-awtoritajiet ħabbru l-miżura li min jinsab pożittiv ser ikollu jiżola ruħu għal 21 ġurnata. 

Bħalissa fl-Ewropa hawn 100 każ ta’ Monkeypox u fl-Ingilterra hemm persuna ta’ età żgħira li tinsab f’kundizzjoni kritika bil-virus u qed tirċievi l-kura fl-isptar ta’ Londra. 


Marija Bellia