Waslet il-ġurnata speċjali meta l-kantanta lokali Jessika u l-imħabba ta' ħajjitha taw kelma lil xulxin. Il-kantanta rajnieha għal diversi snin fil-Malta Eurovision Song Contest u fl-2018 kellha ċ-ċans li tkanta f'isem San Marino fil-Eurovision Song Contest. Din is-sena ħadet sehem fil-KKI 2024.
Jessica u żewġha taw kelma lil xulxin f'ċerimonja taċ-ċivili ġewwa r-Razzett L-Abjad fl-Iklin. Apparti l-mument speċjali li esperjenzaw, Jessica tat sorpriża lil żewġha billi kantatlu l-kanzunetta Bħalek Qatt waqt iċ-ċerimonja, kitba ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Lawrence Grima.
Minn qalbna nawgurawlhom futur hieni mimli saħħa, hena, imħabba u kulma tixtieq qalbhom! Awguri!