Illum jaħbat għeluq snin il-kantanta lokali Debbie Scerri, li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1997 bil-kanzunetta Let Me Fly li kellha kliem u mużika tal-bravissimu Ray Agius.
Waqt is-serata tal-klassiċi tal-festival ta' Mużika Mużika, lil Debbie Scerri rajnieha darbtejn fi dwett, ma' Danica Muscat u kif ukoll ma' Cherylis. Fis-serata speċjali tal-Malta Eurovision 2022, Debbie kienet kantat il-kanzunetta li baqgħet magħrufa għaliha, u waħda mill-kantanti li kantat magħha kienet bintha Nicole, li dik is-sena għamlet id-debutt tagħha f'dan il-festival flimkien ma' Baklava.
Kif jafu ħafna, hija għadha attiva fix-xena mużikali, fosthom tifforma parti minn Animae Gospel Choir. Rajnieha anke bħala peżentatriċi waqt il-programm Kumplimenti, flimkien mal-preżentaturi sħabha Leontine u Marisa D'Amato. Tliet preżentaturi taz-zokkor!
F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Debbie l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha.
Facebook/ Debbie Scerri