Bħal-lum twieldet l-attriċi veterana Elsa Romei li fost l-oħrajn tibqa' l-aktar magħrufa għas-sehem tagħha fis-sensiela ikonika Undercover, fejn interpretat il-parti ta' Doreen. Doreen, li kienet oħt l-ewwel raġel ta' Becky u kienet dehret għal erba' sensiliet sħaħ.
Apparti din is-sensiela Elsa kienet anke ħadet sehem f'sensiliet televiżivi bħal fosthom Triq Waħda u L-Ewwel Jien. Illum il-ġurnata Elsa waqfet mix-xena tad-drama u spettaklu, u qed tiddedika aktar ħin għall-pittura. Fuq il-paġna tal-midja soċjali tagħha fuq Facebook ġieli taqsam anke xi xogħol artistiku li toħloq.
Awguri mill-qalb għażiża!
Facebook/ Elsa Romei