Il-kap eżekuttiv tal-UPE, Graham Sansone tkellem ma' Lovin Malta dwar l-avvanzi rigward l-għeluq tal-iskejjel f'pajjiżna.

Jidher li l-UPE ikkomunikat mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u tagħthom ċans sa nhar it-Tnejn li ġej biex tissejjaħ diskussjoni bejniethom. Jekk il-Ministeru jibqa' joqgħod lura biex jagħmel dan, il-union bi ħsiebha teskala d-direttivi għall-edukaturi membri tagħha tant li kapaċi jiġi msejjaħ strike. 

Skont is-sit Lovin Malta l-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li mhux qiegħed jikkunsidra d-direttivi tal-UPE - għalihom dawn m'huma xejn ħlief direttivi "nulli u vojta".  Isostnu li l-MUT għandhom jedd jagħmlu dan fis-settur tal-edukazzjoni.

freepik.com/ education_free


Kyle Zarb