Aktar kmieni llum, il-grupp lokali The Travellers żvelaw li qegħdin fuq TikTok, l-app li bħalissa hija popolari mmens, fejn wieħed jista’ jara diversi filmati.
L-ewwel filmat tagħhom ġibduh fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fejn dan il-grupp qed jidher dieħel fl-ajruport u tiela’ t-taraġ . Bħala diska użaw Sempliċità, li hija l-ewwel kanzunetta li ħarġu.
Fil-vidjow qalu li min jagħmel follow u kumment fuq il-paġna tagħhom ser jidħol fiċ-ċans li jerbaħ vawċer li jissarraf fi ħwienet differenti fl-ajruport.
Issa li The Travellers qegħdin fuq TikTok żgur hawn ħafna li huma ħerqana biex jaraw il-kontenut li ser itellgħu!
Facebook / The Travellers