Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, il-preżentaturi Ryan u Josmar kitbu kemm ifisser għalihom il-programm The Masked Singer Malta u kemm qed jieħdu pjaċir fih.

Huma spjegaw, “Kull programm għandu l-istorja tiegħu, il-mumenti sbieħ, l-isfidi (uħud akbar minn oħrajn), ix-xogħol bla ħin (literallment- ġieli qomna fl-erbgħa ta' filgħodu għal xi filming ta’ promozzjoni u ġieli domna sa kmieni filgħodu wkoll), id-daħk sfrenat u s-sodisfazzjon ma jonqosx. The Masked Singer Malta huwa wieħed minn dawk il-programmi li qed nieħdu BUZZ kbir, għax qed nagħmluh ma’ nies speċjali ħafna. Grati għal kull esperjenza u għas-sapport li dejjem tagħtuna.”

Nirringrazzjawhom għad-dedikazzjoni tagħhom biex iwasslulna programm daqshekk sabiħ u eċitanti!

 

Facebook / Ryan and Josmar


Gabriella Borg