Jidher li għal darb'oħra pajjiżna ġie milqut minn terremot. Diversi lokalitajiet qed jirrapportaw li ħassew theżżiża qawwija. Dawk li jinsabu f'sulari għoljin jidher li ħassewha ħafna iktar minn nies li jinsabu fis-sulari t'isfel.

Skont iċ-ċentru tal-informazzjoni tal-Università li jagħmel monitoraġġ tas-sistema, jidher li l-gżejjer Maltin kienu milquta għal darb'oħra minn terremot. Jidher li nħass madwar il-gżira kollha minn rapporti li jibdew minn Birżebbuġa, Żejtun, Ħal Għaxaq, Santa Luċija, Ħamrun, Ħal Qormi, Santa Venera, Rabat, Mosta, Birkirkara, Għargħur, Belt Valletta, Balzan eċċ... 

Jidher li t-terremot kien ta' qawwa 5.2 u seħħ fin-nofsinhar ta' Malta kif jindika fil-mappa t'hawn taħt!

Ritratt: https://seismic.research.um.edu.mt/


Emil Calleja Bayliss