Bard, il-kantant lokali jniedi l-ewwel kanzunetta tiegħu, kanzunetta li ġġib l-isem ta' Hold You Close. Hu jistqarr, "Riċentament, bdejt niffoka iktar fuq stili artistiċi milli dawk kummerċjali, fejn kont qed nesperimenta b’ħafna ġeneri kif ukoll ħsejjes differenti. Però, għal dan ir-rekord, kont ispirat nikseb direzzjoni differenti, fejn iddeċidejt niffoka iktar fuq il-produzzjoni u l-eżekuzzjoni tad-diska aktar mill-esperimentazzjoni u l-artistrija."

Bard ikompli jgħid, "Il-mixing u l-mastering processes, li huma partijiet essenzjali għal prodott ta’ kwalità, kienu eżegwiti minni, fejn studjajt u rajt ħafna filmati fuq l-internet sabiex tgħallimt biżżejjed għal din id-diska. Nemmen li għad fadal ħafna fejn nista’ naqdef, iktar u iktar bil-fatt li din kienet l-ewwel esperiment ta’ dat-tip."

Hu jżid, "Is-suċċess ta’ din id-diska jwassalni biex noħloq iktar materjal mingħajr limiti u restrizzjonijiet fejn il-kreattività tiegħi tkun tista’ timraħ bla waqfien. Nemmen illi dejjem se jkun hemm kritika fuq kull prodott, u dawn nilqagħhom bl-ikbar apprezzament, għaliex fil-ħajja, dejjem għandna fejn nikbru u nitgħallmu biex nibqgħu noħolqu xogħol ta’ kwalità."

Awguri għall-aktar, inkunu qed nistennew bil-ħerqa!

Facebook / Bard


Gwida.mt