Il-blogger żagħżugħa Abigail Vick qasmet xi ħaġa ta’ ispirazzjoni kbira mas-segwaċi tagħha! Abigail, li tgħid li hija persuna anzjuża ddeċidiet li ma tħallix lill-anzjetà twaqqafha minn dak li verament tixtieq tagħmel!

Ftit ilu ġietha opportunità sabiħa mmens, li kienet ilha tixtiqha. Ġietha l-opportunità li timmudella! Filwaqt li Abigail tgħid li din l-esperjenza kienet tixtieqha ħafna, tgħid li kellha biża’ kbira għal dak li kien se jiġri.

View this post on Instagram

A post shared by A B I G A I L V I C K (@abigail.vick) on

Però Abigail iddeċidiet li din id-darba ma tħallix lill-anzjetà tirbaħ. Iżda rebħitilha hi! U mnalla għax tant immudellat tajjeb, li kollox mexa ħarir u l-udjenza ma setgħetx temmen li din kienet l-ewwel darba tagħha! Abigail qalet li ħassitha “ferħana għax għamilt xi ħaġa li ma kontx naħseb li kapaċi nagħmilha!”

Abigail iddeċidiet li titkellem dwar dan is-suġġett sabiex tgħid lil dawk in-nies li jbatu mill-anzjetà biex ma jaqtgħu qalbhom qatt! Il-blogger tgħid li wara li tagħmel dik il-ħaġa li tkun qed tibża’ tagħmilha, tħoss ferħ kbir u sodisfazzjon enormi!

View this post on Instagram

A post shared by A B I G A I L V I C K (@abigail.vick) on

Għalkemm l-anzjetà għandha tagħha, fl-aħħar żgur li tagħmlek persuna aktar b’saħħtek! F’isem Gwida.mt nixtiequ nirringrazzjaw lil Abigail ta’ din il-kuxjenza pożittiva li qed toħloq!

Instagram / @abigail.vick


Yasmin Camilleri