Big Brother Malta qed iqajjem kurżità kbira hekk kif riesaq biex jibda jidher fuq it-televiżjoni. Fuq il-paġni tal-midja soċjali tagħhom, Big Brother Malta tefgħu żewġ ritratti intriganti: rittrat ta’ għajn għal kull wieħed mill-preżentaturi tal-programm.

Is-segwaċi malajr daħlu fil-modalità ta’ “detective” biex jispekulaw dwar min jista’ jkun qed hemm wara l-ħjiel. Fost l-iktar ismijiet imsemmija, Ryan u Josmar huma fuq quddiem fil-konverzazzjoni bħala l-preżentaturi ta’ dan l-ewwel staġun.

Għad m’hemmx ebda dikjarazzjoni uffiċjali ta’ min jista jkun iżda din l-istrateġija qed iżżomm lil kulħadd interessat.

Inkomplu nistennew bil-ħerqa l-mument meta Big Brother Malta jgħid kollox u jżomm lil Malta kollha fuq ix-xwiek!

Facebook / Big Brother Malta


Prisiah Schembri Fava