Wara li lbieraħ rajna l-gruppi ġodda f'X Factor Malta, l-istilista Gaetano li ħadem mill-qrib ma' wieħed mill-gruppi s-sena l-oħra kellu parir x'jgħaddi lil gruppi kollha li lbieraħ spiċċaw flimkien. "Għal gruppi ġodda li ingħaqdu f'X factor... meta jingħaqdu l-gruppi u grupp ikun ħadem hija ħaġa sabiħa għax il-ħidma li trid issir ġo grupp hija waħda kbira!"

Ritratt: Facebook / X Factor Malta

Hu jkompli billi jgħid: "Il-membri iridu jifhmu li billi qegħdin ġo grupp ma jfissirx li karriera solista tagħhom spiċċat, imma jridu jifqu jaħsbu f'min ħa jidher l-aktar jew min ħa jkun il-lead fil-grupp għax meta jidħol l-ego l-għira u jkun hemm ħafna nies jindaħlu, tkun ġlieda f'min l-aktar irid jidher - il-grupp ma jaħdimx avolja jkollhom talent kbir u jkunu jinstemgħu tajjeb bħala grupp!"

Hu jispiċċa billi jgħid: "Dan qed ngħidu mill-esperjenza tiegħi li ħdimt ma' grupp ftit żmien ilu!" Parir siewi mmens għal gruppi li ħa jkomplu bl-avventura tagħha.


Emil Calleja Bayliss