Dil-ġimgħa, il-paġna uffiċjali tal-programm televiżiv Min Imissu?! ma ħabbret xejn dwar min se jkun il-protagonist tal-programm li jmiss. L-uniku ħjiel kien dan: “Nhar il-Ġimgħa se jmissu xi ħadd minn Min Imissu!!!”

Aħna bħala Gwida.mt għamilna kuntatt mat-tim tal-produzzjoni tal-programm. Huma qalulna li l-programm tal-lejla se jkun l-aqwa wieħed li qatt sar s’issa.

It-tim tal produzzjoni qalulna wkoll li kulħadd se jkun kuntent u fl-istess ħin sorpriż dwar il-protagonist tal-lejla. Biss aħna minn Gwida.mt naħsbu li Karmelo Arancini se jkun imissu fuq Min Imissu!

stephen
Ritratt: Facebook/Stephen Mifsud

Ir-raġunar tagħna kien hekk: Lill-Abigail Mallia staqsejniha ħafna drabi imma qalet li m’għandhomx ċans jagħmlu programm fuqha. Carlos Debattista diffiċli għax hu stess jikteb il-programm. Andreana diġà sar programm fuqha fl-ewwel edizzjoni ta’ Min Imissu.

Ngħiduha kif inhi, jkun ħaqqu wieħed Karmelo Arancini! Għal min ma semax bl-aħbar, Min Imissu se jkunu qed jagħmlu wkoll live comedy show fl-14, 15 u 16 ta’ Frar li ġej. Kull min jixtieq jattendi, l-biljetti tistgħu tixtruhom minn www.showshappening.com.

Facebook/Stephen Mifsud


Nicole Barbara