Ilbieraħ fil-ftuħ ta' X Factor Malta, fil-fażi tas-Six Chair Challenge, waqa' Ben Camille minn fuq il-palk hu u riesaq lura. Il-waqgħa seta' jkollha konsegwenzi ferm koroh imma jidher li Ben qam u kompla qisu xejn mhu xejn.

Li hu preżentatur professjonali nafu, imma nafu wkoll li Ben kapaċi jkun attur tajjeb ħafna wkoll. Wieħed jistaqsi imma dik il-famuża waqgħa kienet stunt, saret apposta jew Ben verament spiċċa waqa' bla ma kien qed jistenna?

Joven Grech, id-DJ magħruf bħala Tenishia kiteb: "Ben Camille, ma nafx Tas-Sliema kif teħduwhom il-waqħat imma n-naħa tagħna tas-South, ommi kienet tgħidli ‘Jekk taqa' nkompli ntik!’"

Ritratt: Facebok / Joven Grech

Joven ikompli jgħid li jispera li Ben jinsab tajjeb, għalkemm jemmen li kienet stunt. Int taqbel ma' Joven jew taħseb bil-kontra?

Facebook / Ben Camille


Emil Calleja Bayliss