Luke Chappell iż-żagħżugħ li seraq il-qlub ta’ bosta tfajliet żgħar xeħet ritratt fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu flimkien ma’ Kevin Paul Calleja jistaqsi x’qed nagħmlu. Ir-ritratt kellu reazzjoni tajba u ovvjament mill-ewwel qamet l-ispekulazzjoni li dawn it-tnejn hemm ċans li ħa jkunu qed jikkolaboraw flimkien.

Kemm Luke, kif ukoll Kevin huma magħrufa li jiktbu l-materjal tagħhom u huma t-tnejn kantanti. Il-mistoqsija ta’ ħafna hi... tgħid ħa jaħdmu xi ħaġa flimkien u jkantawha jew forsi wieħed minnhom qed jikteb xi materjal għall-ieħor. Hemm ċans tajjeb li nsiru nafu dalwaqt! Li hu żgur hu li t-talent żagħżugħ f’Malta qed jifjorixxi.

Jekk dawn it-tnejn jiddeċiedu li jikkollaboraw hemm ċans tajjeb li l-materjal li ħa jaħdmu mhux biss ħa jkun wieħed tajjeb, imma ħa jikseb suċċess ġewwa pajjiżna. Sabiħ li tara artisti, li barra li jkantaw jagħtu sehem tagħhom ukoll fil-kitba tal-kanzunetta bħal dawn iż-żewġ żagħżagħ.

Facebook / Luke Chappell


Emil Calleja Bayliss