Bniedem simpatiku u dejjem jitbissem. Propjament jiċċaċra. Aleandro Pace Tahir huwa karattru uniku. Ġuvni li jħobb in-nies u dejjem lest inissel tbissima fuq wiċċ ħaddieħor. Ilkoll nafuh bħala kantant fejn saħansitra anke jikteb u jikkomponi l-mużika tiegħu stess.

Iżda bħalissa, spiss narawh jitfgħalna xi ritratt ta' xi platt bnin li jkun ħejja hu stess u saħansitra jtiehom isem uniku 'La Pace Tahir'. Mid-dehra mhix xi ħaġa li qed jagħmel issa minħabba s-siwazzjoni li lkoll ninsabu fiha imma ilha għaddejja.

Però saħaq magħna, li f'dal-jiem fid-dar, qed jirfina. Ir-ritratti jitkellmu waħedhom! La jgħaddi kollox, aħna ta' Gwida.mt ma niddejqux induqu Aleandro! Niċċajtaw ftit ukoll għaliex le.

Ritratt: Facebook/ Aleandro Pace Tahir


Clifford Galea