Il-paġna ta’ Facebook ta' X Factor Malta ħarġet ir-ritratti tar-reazzjonijiet tal-judges meta saru jafu liem grupp se jkollhom. Naturalment, aħna se nsiru nafu fil-programm li jmiss.
Aħna bħala tim tal-Gwida iddeċidejna li nagħmlu naqra spekulazzjoni fuq dawn ir-ritratti u noħorġu b’ipoteżi ta’ liem grupp se jingħata lill-liem judge tal-X Factor.
Mir-reazzjoni tagħha, Ira Losco jidher li żgur ingħatat il-bniet. Ira minn dejjem dienet tgħid li tixtieq dan il-grupp.
Ritratt: Facebook/X Factor Malta
Howard kien qal li jixtieq lill-overs jew il-gruppi. Mir-reazzjoni tiegħu li tidher fir-ritratt jidher li ħa sorpriża kbira. Tgħid għax qed jara lil ħafna nies?
Ritratt: Facebook/X Factor Malta
Mir-ritratt li ħareġ ta’ Alex, jidher li ma tantx kienet eċitata mmens. Imma jista’ jkun ukoll għax dak il-karattru tagħha. Naħsbu li se jkollha l-overs jew is-subien!
Ritratt: Facebook/X Factor Malta
Fl-aħħar ritratt, li huwa tar-reazzjoni ta’ Ray, jidher li hu jinsab kuntent. Tgħid din is-sena messu l-gruppi?
Ritratt: Facebook/X Factor Malta
Għalkemm il-judges dejjem jitfgħu l-botti ta’ liem grupp jixtiequ, l-għażla finali dejjem joħodha t-tim tal-produzzjoni tal-programm.
Int liem grupp taħseb li se jkollom Ira, Howard, Alex u Ray?
Facebook/X Factor Malta