L-attur u producer lokali Brandon Terribile għandu xi ħaġa oħra lesta għall-iskeda li jmiss. Ftit ilu kien ħabbar li ser ikun qed jirritorna b'xi ħaġa kbira, u tella' anke ritratt waqt il-ħidma biex jagħti ħjiel.

Illum Brandon u diversi atturi oħra komplew iqanqlu l-kurżità permezz ta' post li jgħid, "LET'S GET ONE THING STRAIGHT. WE'RE COMING OUT." Brandon iħeġġeġ lis-segwaċi biex ikompli jsegwu.

Fost atturi u personalitajiet lokali oħra li milli jidher ser ikunu qed jiffurmaw parti minn dan il-proġett huma: Frida Cauchi, Sarah Camilleri, Marthese Mangion, Olivia Lilith, Sheyonce, Trianna Wild u  saħansitra Ines Farrugia. Huma xerrdu anke dan l-istess ħjiel fuq il-profil tagħhom.

Inkomplu nistennew...

Facebook/ Brandon Terribile


Kyle Zarb