Jekk kont qed issegwi din is-sensiela ta’ X Factor, żgur taf bit-talent taż-żewġ artisti Lisa Gauci u Drakard! Issa qed joħroġu spekjulazzjonijiet li ż-żewġ kantanti jaf qegħdin joħorġu flimkien.

Wara li l-preżentatur, Ben Camille tefa’ story fuq Instagram b’Drakard u Lisa mgezzin flimkien u mhux talli hekk, talli żied ukoll emojis bil-qlub, kulħadd għandu l-istess mistoqsija fuq moħħu—tgħid għandna koppja ġdida?
Iż-żewġ kantanti iltaqgħu fil-kompetizzjoni ta’ X Factor u t-tnejn huma favoriti mal-pubbliku. Jekk verament qegħdin flimkien, il-koppja ħa jkolla tinsa dan il-fatt waqt li jikkompetu ma’ xulxin fil-finali.
Kien hemm min innotta wkoll li meta telgħu fuq il-palk biex jsiru jafu min huma l-erba’ finalisti, żammew idejn xulxin, iżda dan jista’ ma jfisser xejn il-għaliex anke Ryan u Cheryl għamlu l-istess.
Il-finali ta’ X Factor se jsir illejla, bil-finalisti Lisa Gauci, Drakard, Ryan Hili u Cheryl Balzan jikkompetu għat-titlu ta’ rebbieħ.