L-istorja ibbażata fuq imħatra li kienet saret vera. Kien hemm tfajliet li għamlu mħattra biex jinqabdu tqal mill-istess raġel. L-istorja kienet dehret l-ewwel darba fit-teatru imbagħad kien ħareġ film li spiċċa sold out.
Fuq il-meżżi soċjali ilmaħna dan ir-ritratt li juri l-4 tfajliet qedgħin flimkien. Sorsi qalulna li jista’ jkun li dan il-film jerġa’ jintwera imma hemm bżonn ikunu jafu r-reazzjoni tan-nies jekk irriduhx jew le.
F’dan ir-ritratt qed naraw lil Jasmine Farrugia (Borgina), Sarah Micallef Muscat (Karla), Shelby (Ylenia) u Micheala Galea fil-parti ta’ Brenda. Brenda kienet l-aktar waħda imqarrba minnhom kollha.
Kien film fejn kellu mumenti umoritiċi u oħrajn tal-biki! Film li ħalla timbru fix-xena lokali. Kien intwera fiċ-ċinema lookali madwar sentejn ilu u l-Maltin milli jidher jixtiequ jerġgħu jarawh.
Inti x’taħseb trid jerġa jidher? Ivvota