Ken Nwadike, li huwa ta’ nisel Afrikan, għandu missjoni waħda, dik li jgħaqqad l-Amerika flimkien. Ken jixtieq iwaqqaf il-mibegħda fil-pajjiż. Huwa jaf li din il-missjoni hija diffiċli biex titwettaq, għalhekk beda b’attitudni sempliċi - tgħanniqa b’xejn.

Ken jgħid li jrid iġib il-paċi, ixerred l-imħabba u jwaqqaf il-ġlied. Huwa jdur il-pajjiż, jattendi protesti u jmur kull fejn jinġabru ħafna nies. Ken jittama li joħloq komunikazzjoni aħjar bejn nies ta’ razez differenti. Huwa jsostni li minflok joqgħod jikteb messaġġi bla sens fuq mezzi tal-midja bħal ‘facebook’ li ħadd ma jibbenefika minnhom, jippreferi juża l-midja b’dan il-mod. Saħansitra wasal biex għannaq xi pulizija Amerikani waqt protesta min-nies Afrikani.

Huwa jittama li l-missjoni paċifika tiegħu jirnexxilha tibdel l-isterjotipi negattivi fuq nies b’ġilda skura. Jemmen li hemm wisq affarijiet li jpinġu lill-Afrikani bħala nies vjolenti u aggressivi. Huwa jsostni li hu l-oppost ta’ hekk, bħalma huma ħafna nies Afrikani bħalu. Ken iħeġġiġhom biex iqumu u jagħmlu xi ħaġa biex juru li huma bil-wisq differenti milli ħaddieħor jaħseb li huma.

Permezz ta’ ħafna benefatturi Maltin u Għawdxin, Missio Malta fil-Belt u l-Mosta, qed jgħin u jappoġġja tfal u adulti f’sitwazzjonijiet simili jgħixu ħajja aħjar, u jgħinhom iħarsu lejn il-futur b’tama ġdida. Aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq il-websajt www.missio.org.mt, minn ‘Facebook’ jew fuq 2123 6962.


Gwida.mt