“Tgħallimt Li L-Malti… Kattiv!” – Jiġi Diskuss L-Ammont Ta’ Bullying Li Qed Jirċievu L-Kontestanti Ta’ Love Island

Wieħed mill-iktar suġġetti fuq fomm in-nies bħalissa huwa l-programm Love Island Malta. Natasha Camilleri fuq grupp privat fuq Facebook tkellmet dwar il-kummenti negattivi li ħafna mill-kontestanti qed jirċievu. “Tgħallimt li l-Malti… kattiv! Tgħallimt li biex ngħajru, niksru ir-rekord. Tgħallimt li biex nidħku bid-difetti tan-nies, aħna champions! Ma nafx ta, forsi mhux tirejalizzaw li l-parteċipanti għandhom familja, li qed taqra dak kollhu li tiktbu intom.  Tieħdu gost min jgħajjarlek lil bintek jew ibnek? Tieħu gost meta jqabbluhom ma’ xi annimal?  Għal xi wħud l-hena tagħhom joħolqu meme wara meme.  Nammetti li hemm xi wħud li iva nitbissem fihom, imma dawk li joqgħodu jidħku bil-mod kif tidher persuna jew bil-figura tagħha, ma jdaħħquni xejn” kitbet Natasha.

Hi għalqet billi kitbet “J’Alla QATT ma tesperjenzaw xi traġedja li jagħmel ħaddieħor ħabba l-ibbuljar, għax xejn m’hi esperjenza sabiħa.” F’kumment esklussiv lil Gwida.mt, hi qalet li din il-post għamlitha biex toħloq kuxjenza dwar il-bullying.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI