Mużika Mużika huwa festival b'kanzunetti bil-lingwa Maltija li sar propju f'Marzu li għadda, f'nofs pandemija. Kien wieħed minn dawk l-avvenimenti li saru bir-restrizzjonijiet u b'struttura differenti min-normal. Madanakollu l-parteċipanti ċertament li ser jibqgħu jgħożżu din l-esperjenza, u kellhom xi jgħidu wkoll!

Miguel Bonello jitkellem b'mod tant pożittiv dwar dan il-festival. Fih iddebutta għall-ewwel darba bil-lingwa Maltija kif ukoll irnexxielu jgħaddi l-messaġġ tiegħu kif xtaq. "L-esperjenza tiegħi kienet waħda ta' importanza kbira għalija għax kienet l-ewwel diska oriġinali bil-Malti li qatt għamilt! Tgħallimt ħafna minn din l-esperjenza u żgur mhux se ninsiha qatt. Mużika Mużika jgħin lil żgħażagħ bħali biex ikollhom ċans jaqsmu t-talent tagħhom mal-pubbliku. Huwa wkoll post fejn wieħed jista jwassal il-messaġġ tiegħu lill- poplu Malti u Għawdxi bħal ma jien għamilt bid-diska tiegħi!"

Miguel kanta l-kanzunetta Sinfonija Ħiemda (Aldo Spiteri, Bradley Spiteri / Joe Julian Farrugia). Fit-tieni serata kanta l-kanzunetta Ħamiema Bajda flimkien mal-kantanta bravissima u unika Pamela Bezzina.

L-ewwel serata:

It-tieni serata:


Kyle Zarb