Mariza Borg, li tiġi t-tifla ta’ din il-koppja qed tagħmel appel biex wieħed jara jekk jafx lil xi ħadd li jinsab fir-ritratt tat-tieġ ta’ ommha u missierha. Missierha kien jismu Leone Borg u ġie nieqes ħamsin sena ilu, filwaqt li ommha Agnes Borg għandha 100 sena u f’Novembru li ġej tagħlaq 101! Missierha kien minn tas-Sliema, filwaqt li ommha kienet minn Ħal Qormi.

Ritratt: Facebook / Sliema Past Times - Mariza Borg

Il-mara tixtieq tkun taf aktar dwar dawk li hemm fir-ritratt, ritratt li ġie mehud 74 sena ilu, f’Settembru tal-1945. Morna lura fil-passat żgur hawn. Nafu li mhux faċli li tagħraf lil xi ħadd, imma forsi xi ħadd mill-qarrejja tagħna jirnexxielu jkun jaf min huma n-nies f’dan ir-ritratt.

Jidher li s-sinjura tgħix ġewwa Sydney, l-Awstralja u tixtieq tkun taf min kienu n-nies tar-ritratt. Jekk taf nies minn Ħal Qormi jew Tas-Sliema, taf ikunu aktar t’għajnuna. 


Emil Calleja Bayliss