Grupp Malti għadu kif irritorna minn ġewwa l-Ġorġja b’diversi unuri għal pajjiżna wara li ħadu sehem f’kompetizzjoni tal-imudellar. Aħna kellna ċans nikkomunikaw magħhom fejn qalulna li din kienet esperjenza tal-ġenn għal grupp Malti kollu.
JoAnn Galea Dimech & Jason Galea, id-diretturi Maltin li tellgħu lil dawn it-tfal f’din il-kompetizzjoni f’isem Jason’s Entertainment ġewwa l-Ġorġja ħarġu bit-titlu ta’ the Best International Jury 2019. Ix-xogħol tagħhom ġie apprezzat anke mill-barranin li rregalawlhom dan il-premju.
Jancer Galea ta’ tmien snin rebħet it-titlu ta’ Top Child Model of The Planet 2019 u ħarġet bl-għola premju fis-serata, dak tal-Grand Prix. Hi kienet ukoll innominata fil-kategorija tal-Best Catwalk.
Il-Malti Mathieson Col Schembri ta’ tmien snin kien innominat għal Best Photo Model filwaqt li ħuh ta’ ħames snin, Slavin Col Schembri seraq l-attenzjoni u rebaħ il-qlub ta’ dawk li qed jiġġudikaw, tant li ħareġ bit-titlu prestiġġjuż ta’ Best Model Europe 2019.
Dan il-konkors hu wieħed verament pretiġġjuż li jitella’ ġewwa Batumi, il-Ġorġja. Fost l-aqwa mudelli jitilgħu jirrapreżentaw lil pajjiż u dejjem joħorġu bl-aħjar unri.
F’isem Gwida.mt nifirħu lir-rebbieħa għas-suċċess li kisbu, ċertament li l-ġenituri tagħhom jagħmlu ħafna u ħafna sagrifiċċji biex jaraw lit-tfal tagħhom jirnexxu. Is-suċċess ikun wieħed meritat ferm u s-sodifazzjoni ċertament li ma jonqosx.